Ma jistgħux jaraw għajn m’għajn

Fit-tielet episodju mis-sensiela Saħta Fuq Uliedi li jixxandar illejla fl-10.30pm fuq l-istazzjon One se naraw kif Victor u Eva qishom ma jistgħux jaraw għajn m’għajn, għax dejjem bl-argumenti u Roża tiftaħ qalbha ma’ oħtha Sandra fuq uliedha, għax taf li dawn għandhom l-inkwiet anke bejniethom.

Mel imur jara lil Roża u anke hu jħoss ċertu tensjoni fid dar ta’ Rosa.

U bħas soltu Sandra tkun taf kollox bil-poteri li għandha, iżda dejjem tibqa’ siekta. Imma għaliex?

Jieħdu sehem Inez Farrugia, Maryrose Mallia, Stephanie Grech Mallia, Marion Parnis, Ian Fenech, Stephanie Sacco, Jesmond Triccas, Dominic Said, Christabelle Curmi, Lee N Abela, Maria Farrugia, Joseph Fenech u Silvio Catania fost oħrajn.

Il-kitba u direzzjoni hi ta’ Dominic Said fuq produzzjoni ta’ Bronk Productions.