Ma jistax ikun hemm ftehim tal-Brexit mingħajr backstop – Sassoli

Read in English.

Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli qal li ma jistax ikun hemm ftehim tal-Brexit mingħajr backstop Irlandiża.

Sassoli qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Qal ukoll li l-UE hija lesta terġa’ tiddiskuti proposta antika li kienet se tinkludi l-Irlanda ta’ Fuq fi ħdan il-fruntieri tal-unjoni.

Sassoli qal li fit-23 ta’ Ottubru se jittieħed vot fil-PE dwar il-kummissarji ġodda. Bejn it-30 ta’ Settembru u t-8 ta’ Ottubru se jkun qed isir is-smigħ tal-kummissarji differenti. Se jkun hemm tnejn filgħodu u tnejn waranofsinhar kull darba.

X’inhi l-Irish border backstop?