“Jisimni Ahmed mhux Joseph, iżda xorta se nivvota bħalu”

F’dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se nivvota bħala Jien ċittadin Ewropew minkejja li ma jisminix Joseph iżda Ahmed.

Dan il-kliem b’saħħtu, tlissen ċittadin Ewropew ta’ oriġin Afrikana, Ahmed Bugri waqt diskussjoni li saret fl-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta bħala parti mill-kampanja tal-Parlament Ewropew biex iħeġġu partiċipazzjoni uża fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. It-tema magħżula mill-Parlament Ewropew hi ‘Din id-darba Jien se nivvota’.

L-aġent Kap tal-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta Anna Zammit Vella qalet fl-aħħar stħarrig tal-Eurobarometer, immigrazzjoni tibqa’ tħassib prinċipali tal-Maltin iżda din it-tema lanqas biss tissemma’ fost dawk li ħadu sehem fil-kampanja ‘ Din id-darba Jien se nivvota’.

Min-naħa tiegħu, Derek Lutterbeck mill-Universita’ ta’ Zurich, qal li hi ħaġa tajba li l-immigrazzjoni niżlet l’isfel fil-prioritajiet għaliex it-tema l-immigrazzjoni fl-Ewropa hija imkabbra żżejjed. Huwa qal li waqt li n-numru ta’ immigranti naqsu fl-Ewropa, l-imwiet żdied għax it-traġit bejn l-Afrika u l-Ewropa sar iktar perikoluż u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ saru aktar diffiċċli.