Ma jinstabx iż-żejt f’Ħaġar Qim

Twaqqaf it-tħaffir għaż-żejt fil-bir Ħaġar Qim fiż-żona numru 4 bejn Malta u l-Libja wara li ġie ddeterminat li m’hemmx indikazzjonijiet li jista’ jinstab iż-żejt.
Il-ħidma biex jitħaffer il-bir taż-żejt kienet bdiet f’Mejju li għadda daqs 120 kilometru ‘l barra mill-kosta ta’ Malta.
Ħaġar Qim huwa 2,500 metru fond. 
Mediterranean Oil & Gas irċeviet notifika minn Phoenicia Energy Company, kumpanija sussidjarja ta’ Genel Energy pls, li l-bir tħaffer iżda ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kien se jinstab iż-żejt.
Genel hija l-kumpanija li qed tmexxi l-operazzjonijiet ta’ tfittix taż-żejt.
Jirriżulta li r-rig li ntuża għall-bir Ħaġar Qim, Noble Paul Romano issa se jibda tfittxija oħra għaż-żejt bejn Malta u l-Marokk. 
L-aħħar li sar tħaffir għaż-żejt kien fl-2002 fil-bir Lampuko.