Ma jinstabx ħati li ta d-droga li wasslet għal mewt ta’ raġel ieħor

Mario Buhagiar ta’ 47 sena mill-Belt Valletta ngħata s-sentenza ta’ 11-il xahar priġunerija u mmultat €1,250 wara li nstab ħati li ttraffika d-droga.
Huwa kien arrestat b’konnesjoni mal-każ ta’ Joseph Raymond Christie f’Jannar tal-2005, li nstab mejjet kawża ta’ overdose fl-Imsida.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija kien irriżulta li Buhagiar kien għamel kuntatt ma’ Christie ftit qabel ma nstab mejjet.
Wara rejd li sar fir-residenza ta’ Buhagiar, il-Pulizija sabu d-droga eroina.
Il-Qorti kkonkludiet li Buhagiar ma kienx ħati li ta d-droga eroina lil Christie dakinhar li miet.