Maġistrat jikkritika lill-Avukat Ġenerali li jkarkar saqajh

Il-Maġistrat Francesco Depasquale kkritika l-ħidma tal-Prosekuzzjoni u tal-Avukat Ġenerali talli każ li kellhom f’idejhom seta’ ġie solvut daqs sena u nofs ilu.
Il-Qorti qalet li l-każ ħa fit-tul minħabba li ma kienx hemm kunsens mill-Avukat Ġenerali biex il-proċeduri jiġu solvuti malajr kemm jista’ jkun. 
Minħabba f’hekk, ħafna każi oħra jiġu diferiti minħabba talbiet fl-aħħar ħin tal-Avuakt Ġenerali.
Il-Maġistrat sostna li s-sistema tal-liġi preżenti hi arkjajka u li jibbenefika minnha l-Avukat Ġenerali għad-dannu tal-Qorti.
Il-Maġistrat Depasquale kien qed jitkellem waqt il-każ ta’ raġel minn San Pawl il-Baħar li ma nstabx ħati li kiser id it-tifla tal-eks sieħba tiegħu.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li r-raġel kien qed jiddefendi lilu nnifsu meta ġie attakkat mill-omm u t-tifla ta’ 12-il sena.