Ma jinqabad ħadd fi gruppi ta’ aktar minn 4 f’jumejn

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar jumejn ħadd ma nstab f’ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni f’postijiet pubbliċi, skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Dan tħabbar fil-bulettin dwar il-coronavirus li joħroġ il-Gvern ta’ kuljum.

Fl-istess waqt, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-1,162 spezzjoni li saru fl-aħħar 48 siegħa.

Minn nhar il-Ġimgħa, l-emenda ta’ dan l-avviż legali se tidħol fis-seħħ sabiex jibdew jiġu permessi gruppi ta’ sitt persuni f’postijiet pubbliċi. Apparti hekk, mill-Ġimgħa għandhom jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti, il-parrukkiera u l-barbiera, il-beauticians u tad-dwiefer.

Illum tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa, instabu 15-il każ ġdid tal-coronavirus f’Malta.

L-appell tal-awtoritajiet għadu sabiex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw minnhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn