​Ma jingħatax il-libertà wara li ħebb għall-uffiċjal tal-ħabs

Niġerjan akkużat li ttraffika d-droga ma ngħatax il-libertà proviżorja wara li allegatament ħebb għall-uffiċjal tal-ħabs.
L-allegat attakk sar meta r-raġel ġie infurmat li wara għaxar snin ħabs, kien se jintbagħat lura lejn in-Niġerja.
Huwa sostna li kien għad għandu żewġ każijiet miftuħa fil-qrati Maltin. Il-Maġistrat saħqet li fiċ-ċirkostanzi, r-raġel ma jistax jinħeles mill-arrest.