​Ma jingħatax il-libertà proviżorja wara li nstab bil-kannabis

Raġel ta’ 26 sena ma ngħatax il-libertà proviżorja wara li nstabet fil-pussess tiegħu id-droga kannabis. Huwa ġie akkużat li din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Id-difiża spjegat li għalkemm is-Somalu qal li ma għandux indirizz ta’ residenza fiss, huwa jgħix Wied il-Għajn.
Madankollu kien hemm oġġezzjoni għal dan mill-prosekuzzjoni li sostniet li s-Somalu kellu diversi indirizzi. Issemma kif ir-raġel kellu dokumenti differenti li juru post ta’ residenza differenti bħall-Imsida u Ħal Balzan.
Ma ġietx aċċettata it-talba tad-difiża biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.