Ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest wara li darab anzjana

Raġel ta’ 51 sena li lbieraħ darab b’mod gravi anzjana ta’ 83 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Dalgħodu fil-Qorti r-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih hekk kif ilbieraħ madwar il-5pm ir-raġel żloga spallejn l-anzjana fir-residenza tagħha l-Ħamrun waqt argument.
L-akkużat kien ilu jgħix mal-anzjana għal 11-il sena minkejja li ma kinux jiġu minn xulxin.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, irrifjutat il-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura gravi tar-reat kif ukoll għaliex ma tinsabx konvinta li l-akkużat mhux se jipprova jikkomunika mal-vittma.