Ma jinbidilx l-Imħallef li qed jisma’ kawża ta’ vittmi ta’ abbuż

L-Imħallef Joseph R. Micallef se jibqa’ jisma’ l-kawża tal-vittmi tal-abbużi minn żewġ eks-saċerdoti f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera.
Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet it-talba min-naħa tal-vittmi, li riedu li l-Imħallef Micaellef ma jkomplix jisma’ l-kawża tagħhom, minħabba li hu l-President tal-Fondazzjoni Radju Marija.
L-Imħallef Mark Chetcuti rrifjuta t-talba tal-vittmi għax ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom dwar smigħ ġust.