Ma jiddikjarax il-flus fl-ajruport; ħelsien mill-arrest

Read in English.

Lagħbi professjonali mit-Turkija ngħata l-libertà proviżorja wara li nqabad fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, it-Tlieta filgħodu b’aktar minn €45,000 mhux iddikajrati. L-ammont ta’ flus kontanti li persuna tista’ ssiefer bih mingħajr il-bżonn li tiddikajara huwa ta’ €10,000.

Fil-Qorti, l-avukati Franco Debono u Gianluca Caruana Curran qalu li r-raġel huwa lagħbi professjonali u d-destinazzjoni finali ma kinitx Malta iżda Montecarlo.

L-avukati tad-difiża talbu l-ħelsien mill-arrest tal-akkużat, bil-Maġistrat Victor Axiaq jilqa’ t-talba tad-difiża fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.