Ma jibqgħux ikkonfiskati l-vetturi li uża Max Ciantar

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat li ma jibqgħux miżmuma ż-żewġ vetturi misjuqa minn Maximilian Ciantar. Dan wara li d-deċiżjoni tal-Qorti sabet li meta ġew ikkonfiskati ġew miksura d-drittijiet tas-sidien tal-vetturi.
Waħda mill-vetturi kienet irreġistrata fuq Emanuel Ciantar f’isem Maximilian, u l-oħra kienet ta’ Emanuel innifsu, li jiġi missier Maximilian.
Waħda mill-vetturi hija dik li kien qed isuq Maximilian Ciantar lura fl-2011, meta tajjar żewġt ibniet f’Ħ’Attard.
Il-Qorti qalet li l-karozza hi proprjetà ta’ missieru, u ma rriżultax li tah permess li jsuqha. Ordnat li Emanuel Ciantar jingħata kumpens ta’ €300.