Ma jgħidx kemm inqatgħalhom id-dawl u l-ilma

In-numru ta’ residenzi li kellhom is-servizz tad-dawl u l-ilma maqtugħ huwa ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma jistax jingħata fil-Parlament!
Dan qalu l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Parnis.
Mizzi spjega li l-ARMS Ltd qed tiltaqa’ ma dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet biex tipprova ssib soluzzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ħlasijiet.