Ma jaħslux lill-anzjani għal 7 ġimgħat

hands-walking-stick-elderly-old-person

Read in English.

Uħud mill-agħar djar tal-anzjani fir-Renju Unit iħallu lill-anzjani tagħhom mingħajr banju jew shower minn tal-inqas seba’ ġimgħat.

Dan ħareġ minn riċerka li saret mill-Kummissjoni għall-Kwalità tal-Kura fir-Renju Unit fejn saħansitra ħarġu lista tal-14-il dar tal-anzjani li jħallu lill-anzjani tagħhom fl-agħar kundizzjonijiet ta’ għixien.

Ħareġ ukoll li residenti f’dawn id-djar qed jitħallew bil-ħwejjeġ imxarrba bl-awrina, sodod maħmuġa u mingħajr ma jinħasslu.

Id-djar kollha mmniżżla jinsabu fiċ-ċans li jingħalqu jekk ma jsirx it-titjib neċessarju fis-sitt xhur li ġejjin. Liema deċiżjonijiet se jħallu għadd ta’ anzjani f’riskju li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.

F’dar partikolari f’West Yorks, l-anzjani nsatbu bil-ħmieġ taħt id-dwiefer u bil-ħwejjeġ tagħhom kollha mqatta’.

Ġie spjegat li f’xi wħud mid-djar saħansitra kien hemm anzjani li kienu qed jitħallew mingħajr mediċina.

Mal-midja Ingliża waħda mid-djar tal-anzjani qalu li r-rapport huwa ffabbrikat u mimlu gideb. Min-naħa l-oħra, dar oħra tal-anzjani sostniet li se tkun qed tagħmel minn kollox biex ittejjeb is-servizz tagħha.