‘Ma jafx u qatt ma jista’ jkun ċert kemm għandu jħallas għall-art espropjata’

Il-Gvern ma jafx u qatt ma jista' jkun ċert kemm għandu jħallas għall-art espropjata!.
Dan joħroġ minn tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Muscat sostna li l-ħtija ta’ dan hi n-nuqqas ta’ investiment li saret minn amministrazzjonijiet qabel l-2013! Qal ukoll li l-Gvern qed jinvesti f’riforma li tippermettilu jkollu iktar informazzjoni għalkemm xorta waħda qatt ma jista’ jkun ċert minħabba l-kontestazzjonijiet legali li hemm fuq l-imsemmija artijiet!