“Ma, il-ktieb tiegħi mhux għal idejk” – Gerard James Borg

Ritratt: Facebook/GerardJamesBorg

Messaġġ ħelu mingħand Gerard James Borg lil ommu Connie li llum tagħlaq snin. Huwa ddeskriva bħala omm tal-għaġeb u dik il-persuna li kwalunkwe tifel ikun jixtieq.

Borg, l-awtur ta’ bosta kanzunetta bħal Seventh Wonder ta’ Ira Losco, huwa wkoll l-awtur ta’ bosta kotba fosthom l-aktar wieħed riċenti Tigne Bachelors.

“Ma, il-ktieb tiegħi mhux għal idejk, avolja kultant tipprova tittawwal biex tara x’fih,” kitbilha hu, waqt li awguralha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.

Awguri Sinjura Borg … u isma mit-tifel u tippruvax taqra dak il-ktieb!