“Ma ħallejtli l-ebda għażla” – Henry lil Cassandra

L-istennija għall-aħħar tlett puntati mis-sensiela L-Għarsua qegħda dejjem tikber hekk kif issa beda wkoll il-ġbid ta’ dawn l-aħħar episodji li se jġibu fi tmiem l-istorja miktuba minn Audrey Brincat Dalli.

Bosta atturi qed ilestu l-aħħar xeni tagħhom u qed jaqsmu ritratti u kummenti fuq il-midja soċjali. Fost dawn kien hemm l-attur Henry Zammit Cordina li jintwerpreta lil Arturo. Fl-aħħar ġranet huwa ffilmja l-aħħar xeni tiegħu ma’ Cassandra Spiteri li tinterpreta lil Bettina.

Fuq il-midja soċjali Henry ħabba rli lesta x-xeni tiegħu ma’ Cassandra iżda fadalu aktar xeni xi jlesti.

“Kien ta’ pjaċir tiegħi li naħdem miegħek Cassandra. Aħfirli ta’ kemm kont iebes miegħek fl-aħħar staġun, imma ma ħallejtli l-ebda għażla oħra,” kitbilha hu.

Intant ir-repetizzjonijiet tal-episodji mit-tieni staġun ta’ L-Għarusa qed jixxandru nhar ta’ Tlieta fuq TVM mid-8.45pm ‘il quddiem. Kull ġimgħa jintwerew żewġ puntati wara xulxin.

L-Għarusa hija produzzjoni ta’ SharpShoot Media b’direzzjoni ta’ Steven Dalli u Justin Farrugia.