“Ma flaħtx inżommu iżjed” – omm it-tifel ta’ sena li tkaxkar fl-ilmijiet

Tifel ta’ sena tkaxkar f’ilmijiet fl-Amerka, hekk kif ommu saħqet li ma felħitx iżżommu iktar, u li hu wkoll telqilha idha. L-ilmijiet li nġemgħu huwa kaġun tal-urugan Florence, wieħed mill-akbar urugani li affaċċjat l-Istati Uniti.

It-tfittxija għadha għaddejja għal dan it-tifel li jismu Kaden Lee-Welch minn skwadri tat-tfittxija u salvataġġ urban, skont l-uffiċċju tax-Sherrif ta’ Union County, fejn ġara l-inċident. L-inċident ġara l-Ħadd li għadda, għat-8.30pm.

RESCUE MISSION STATUS – NC 218Search and rescue teams spent several hours last night searching for the missing one…

Posted by Union County Sheriff's Office, Monroe, NC on Monday, September 17, 2018

Ommu kienet qed issuq fl-inħawi ta’ Union County, fejn iġġemmgħu l-ilmijiet. L-omm saqet madwar xi barikati li kien hemm biex iwaqqfu s-sewwieqa milli jgħaddu minn inħawi ta’ periklu, fejn tkaxkret il-karozza għal diversi metri u baqgħet dieħla fis-siġar mal-ġenb tat-triq. Hi irnexxielha toħroġ lilha nnifisha, kif ukoll lit-tifel, iżda saħqet li sakemm kienu fl-ilmijiet, ma kellhiex saħħa biex tkompli żżommu, u t-tifel ukoll telqilha idha. Dan qalitu mal-midja FOX 46.