M&S se tagħlaq 100 ħanut

Marks and spencer

Marks & Spencer ħabbret li se tkun qed tagħlaq 100 ħanut fir-Renju Unit sas-sena 2022 sabiex tkun tista’ torganizza l-operat mill-ġdid.
Mill-100 ħanut, 21 diġa ngħalqu, filwaqt li M&S żvelat ukoll l-14-il ħanut li jmiss jingħalqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan huwa parti mill-proġett ta’ bidla li beda lura fl-2016 sabiex il-kumpanija tmexxi terz tal-bejgħ tagħha onlajn u jkollha anqas ħwienet f’postijiet aħjar.
Id-Direttriċi tal-Operazzjonijiet tal-Ħwienet qalet li din ma kinitx deċiżjoni faċli, iżda kienet waħda neċessarja.