M’hemmx infermiera Għawdxin li jridu jaħdmu Malta

M'hemm ebda talba mingħand infermiera Għawdxin li jridu jinżlu jaħdmu Malta.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Fearne qal li hemm total ta' 133 infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Malta li qegħdin fil-lista ta' stennija biex imorru jaħdmu Għawdex f'ordni ta' preċedenza skont id-data ta' meta ġew appuntati.
Fil-mistoqsija tagħha, id-deputat Buttigieg saqsiet hemmx infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Għawdex u li iżda jixtiequ jaħdmu Malta għax mhumiex komdi jaħdmu mal-Vital Global Healthcare (VGH).
Jidher, iżda, li skont id-dipartiment tar-Riżorsi Umani, m'hemm ebda infermier Għawdxi li jixtieq jagħmel dan.