“M’hemmx evidenza li bl-immigrazzjoni qed jidħlu t-terroristi”

Is-Sotto-Segretarju tas-Servizzi Sigrieti Taljani qal li “minkejja l-immigrazzjoni tista’ sservi ta’ pont għat-terroriżmu sa issa mhemm xejn x’jindika li qed jiġri hekk”. 
Fl-intervent tiegħu fil-Kumitat Schengen, Marco Minniti qal li “Mare Nostrum, għen biex ikun aktar diffiċli għat-terroristi jidħlu fl-Ewropa minħabba li kellhom jitilgħu fuq il-bastimenti militari”. 
Saħaq li jista’ jkun hemm relazzjoni bejn l-għaqdiet terroristiċi u t-traffikanti tal-bnedmin iżda m'hemmx evidenza li l-immigrazzjoni irregolari hi organizzata mit-terroristi. 
Minniti fakkar li primarjament, l-immigrazzjoni irregolari qed issir permezz ta’ żewġ rotot: ir-rotta Afrikana, li titlaq mil-Libja permezz tad-dgħajjes u r-rotta tal-lvant, b’ħafna drabi  bil-baħar u  minn  fuq l-art. 
L-operazzjoni Mare Nostrum spiċċat fil-31 ta’ Ottubru biex mill-1 ta’ Novembru  jibda Triton, imexxi mill-Frontex. 
Bejn Ottubru 2013 u Ottubru 2014, Mare Nostrum, immexxi mikl-Marina Taljana salva kważi 150,000 persuna mill-għarqa. 
Il-Frontex qalet li s-sena 2014 tista’ tibqa’ mfakkra bħala s-sena fejn it-traffikar tal-bnedmin fuq il-baħar sar tul is-sena kollha.