M’hemmx distinzjoni fil-kumpens bejn negozji u djar – PN

Fi kliem il-Partit Nazzjonalista, fejn għandu x’jaqsam mal-kumpens ta’ €25 minħabba l-qtugħ tad-dawl, il-Gvern m’għandux jagħmel distinzjoni bejn negozji u djar. 
Il-Kelliem Nazzjonalista għall-Enerġija George Pullicino sostna li diskriminazzjoni bejn djar u negozji ma tagħmilx sens għaliex in-negozji sofrew danni li huma ferm akbar minn dawk li soffrew id-djar residenzjali. 
Saħaq ukoll li n-nies ma jinxtrawx b'€25 iżda għandhom jiġu stmati u kull min sofra dannu għandu jiġi kumpensat, kemm jekk hija ħsara fi djar, kif ukoll jekk hija ħsara f'negozju.