M’hemmx aċċess minn Pembroke għal Triq il-Kosta

Il-proġett ta’ Triq il-Kosta wasal f’fażi ġdida.  Xogħol ta’ aslfaltar f’parti minn Triq il-Kosta ser jiġi ffinalizzat.
Triq il-Kosta bejn Baħar iċ-Ċagħaq u Triq Martin Luther King ser tkun magħluqa għat-traffiku bejn it-Tnejn 27 ta’ Lulju fl-10am sal-Ġimgħa 31 ta’ Lulju fil-5am ta’ filgħodu.
Aċċess għar-residenti u postijiet kummerċjali f’Baħar iċ-Ċagħaq ser ikun minn Naxxar.  Mhux ser ikun hemm aċċess minn Pembroke.
Is-sewwieqa li se jgħaddu mill-Imsida huma mħeġġa jgħaddu minn Triq Tas Sliema mill-junction tal-Kappara.  Ser ikun hemm aċċess minn Tal-Ibraġġ fi Swieqi għal Triq tal-Balal.
Il-karozzi minn San Pawl il-Baħar ser jgħaddu minn Burmarrad jew minn Triq is-Salini sat-Telgħa T’Alla w’Ommu.  Il-karozzi jistgħu jgħaddu wkoll minn Triq ir-Ramla fil-Magħtab.