M’għandux jiġi kkunsmat l-Androx-Q12 minħabba l-possibilità tas-salmonella

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jinforma li wara informazzjoni li rċieva m’għandux jiġi kkonsmat il-prodott Androx-Q12 minħabba il-possibilità tal-preżenza tas-salmonella.
Il-kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira dan il-prodott mis-suq, iżda jirriżulta li xi prodotti laħqu waslu għand il-konsumatur.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku  jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tad-Direttorat f’Santa Venera.