M’għadux fil-periklu tal-mewt ir-raġel li weġġa’ waqt il-hold up tal-bieraħ

Ir-raġel ta' 77 sena minn Ħal Qormi, li lbieraħ indarab meta ntlaqat minn tiri ta' arma tan-nar f'attentat ta’ hold-up qrib il-bini ta’ SkyParks, qaleb għall-aħjar u m’għadux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11am barra l-Ajruport, meta żewġt irġiel mgħammda sparaw lejn il-karozza tat-taxi li fiha kien hemm ir-raġel ta’ 77 sena minn Ħal Qormi li ntlaqat f’wiċċu u raġel ieħor 64 mill-Marsa li ndarab ħafif.

Il-ħallelin, li kienu f'karozza bajda waqfu maġenb il-karozza tat-tnejn l-oħra, għalqu t-triq u sparaw fid-direzzjoni taż-żewġ anzjani li fuqhom kellhom aktar minn €50,000.

Il-pulizija qalet li qegħdin jiġu investigati numru ta’ nies dwar dan l-attentat ta’ serqa.