M’għadux fil-periklu tal-mewt il-Libjan li weġġa’ fis-Swieqi

M’għadux f’qagħda kritika l-Libjan ta’ 25 sena li lbieraħ weġġa’ waqt argument fis-Swieqi. 
L-argument qam bejn għadd ta’ Libjani għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu f’residenza fi Triq is-Sidra u l-Libjan nstab ferut fi Triq il-Keffa. 
Il-Libjan, li hu residenti l-Furjana, intlaqat minn arma li taqta’ u bil-ponta. 
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali u l-investigazzjoni qiegħda f’idejn l-Għassa ta’ San Ġiljan.
Illum għall-ħabta tal-ħdax u nofs,il-Pulizija se tressaq żewġ persuni l-Qorti b'rabta mal-każ.