M’għadhiex fil-periklu tal-mewt it-tfajla li ttajret minn karozza tal-linja

Il-kundizzjoni tat-tfajla, li lbieraħ intlaqtet minn karozza tal-linja, qalbet għall-aħjar u ma għadhiex fil-periklu li titlef ħajjitha.
Ilbieraħ, it-tfajla ta' 17-il sena minn San Ġwann, intlaqtet mill-vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar.
Malli t-tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei, ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.