Lyndsay tagħlaq 30 sena

Awguri lill-kantanta Lyndsay Pace li llum qed tiċċelebra għeluq it-30 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum fl-1990.

Matul is-snin hija ħarġet għadd ta’ singles bħal The Truth in Me (2007), Addicted (2009), Zip It Up (2011), Daphne (2013), Walking on Air (2017), Mr Vanity (2017), Butterfly (2017) u riċentement il-kanzunetta Taxi Man.

Lil Lyndsay konna rajnieha wkoll fil-Malta Song For Europe tal-2015 bil-kanzunetta Home.

Rajnieha wkoll fil-kompetizzjoni tal-ewwel staġun ta’ X Factor Malta fejn kienet parti mill-grupp Xtreme.

Ħadet sehem ukoll f’festivals barra minn xtutna fosthom f’Mejju li għadda fejn rebħet ukoll festival fil-Polonja.

Awguri Lyndsay għal dan il-jum speċjali u għal aktar suċċessi.