Lyndsay Pace tirbaħ l-Aqwa Kanzunetta fil-Polonja

Ritratt: Facebook

Dan it-tmiem il-ġimgħa kien wieħed mill-aktar interessanti, mhux biss għas-sehem ta’ Michela Pace fil-Eurovision, u għal Ruth Portelli fil-festival Discovery fil-Bulgarija, iżda wkoll għal Lyndsay Pace li kienet qegħda tieħu sehem fil-15-il edizzjoni tal-Rzeszow Carpathia Festival (Hartbex Carpathia Festival).

Il-poster tal-avveniment

Il-kantanta Maltija ħadet sehem bil-kanzunetta Butterfly, li titkellem fuq l-affarijiet sbieħ fil-ħajja u titkellem ukoll fuq il-liberta.

Waqt dan il-festival li l-finali tiegħu sar il-bieraħ, Lyndsay Pace rebħet l-unur tal-Aqwa Kanzunetta.

Nawguraw aktar suċċess kemm lil Lyndsay Pace, kif ukoll lill-artisti kollha li qed jieħdu f’kompetizzjonijiet internazzjonali u qed jiksbu riżultati pożittivi.

Segwu hawn taħt il-mument tal-premjazzjoni.