Luxol jiksbu rebħa oħra, din id-darba kontra Swieqi United

Luxol kisbu rebħa oħra fl-aħħar konfront li kellhom mill-kampjonat Elite. Huma lagħbu kontra Swieqi United u rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 12-2.

Għat-tim ta’ St. Andrews, skurja tripletta Celino Alves, doppjetti għal Leanderson Sant’Anna Coriolano, Andy Mangion u Mark Zammit. Magħhom skurjaw gowl kulwieħed Zvezdan Vukovic, Everton Vevé u Aidan Micallef.

Għal Swieqi United skurjaw Dylan Pace u Robert Stoyanov.

Mil-logħba l-oħra Valletta żiedu rebħa oħra li żammithom tliet punti biss wara l-leaders Luxol meta għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 3-2. Għat-tim tal-Kapitali skurjaw Jovica Milijic, Dusan Rakic u Mohammed Lamari. L-Universitarji naqqsu l-iskor żewġ l-eks plejers ta’ Valletta, Melvin Borg u Denis Di Maio.

Aktar tard din il-ġimgħa se jilagħbu Swieqi United kontra l-Università ta’ Malta li għandhom l-istess ammont ta’ punti u l-ġlieda fuq quddiem bejn Luxol u Valletta.

Il-klassifika bħallisa hija kif ġej: Luxol 15; Valletta 12; Swieqi United 3; L-Università ta’ Malta 3.