Luxol iżommu r-ritmu tar-rebħ għaddej

Luxol irnexxielhom jiksbu l-21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1.

Għal Luxol sabu x-xibka Carl Azzopardi, Andy Mangion, Nicola Delre, Mark Zammit u Maicon Silva, filwaqt li l-uniku gowl għall-Universitarji ġie skurjat minn Melvin Borg.

Is-Sibt waranofsinhar kien hemm ukoll żewġ logħbiet mill-Christmas Cup fejn Valletta għelbu lit-tim B ta’ Luxol 5-3 u Żurrieq Futsal għelbu lil South Boys 7-3.

Tul tmiem din il-ġimgħa se jintlagħbu aktar logħbiet mill-Christmas Cup. Dawn se jintlagħbu fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke kif ġej:

Il-Ġimgħa 13/12/19

Fid-09:30 Luxol St. Andrews Futsal vs Swieqi United FC Futsal

Fil-11:30 Marsaskala Futsal vs L-Università ta’ Malta

Fis-13:30 Swieqi United Tim B vs Valletta FC Futsal

Fit-15:30 Qormi Futsal vs Zurrieq Futsal

Il-Ħadd 15/12/19 jintlagħbu ż-żewġ semifinali fis-14:30 u fl-16:30, bil-finalitintlagħab l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru fid-20:45.