Luxol għar-rawnd preliminarju taċ-Champions League tal-futsal

Joe Borg

It-tim tal-futsal ta’ Luxol St Andrews se jkun qed jipparteċipa fir-rawnd preliminarju taċ-Champions League tal-futsal. Ir-rawnd se jkun qed isir bejn is-27 u l-31 ta’ Awwissu ġewwa n-Norveġja. It-tim ilu ġimgħat sħaħ jipprepara għal din il-kompetizzjoni. L-objettiva tat-tim hu li jgħaddi minn dan ir-rawn biex b’hekk ikun jista’ jikkompeti fl-akbar kompetizzjoni tal-futsal.

Għal din l-okkażjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-plejers u l-uffiċjali tat-tim qabel ma jitilqu fuq din l-avventura.

Luxol se jikkompetu fi Grupp F kontra Sjarmtrollan Idrettslag (NOR, hosts), Dinamo Chisinau (MDA), Fiorentino (SMR).