Luxol futsal isibu għadma iebsa fil-Futsal Champions League

Joe Borg

Tul il-ġimgħa t-tim ta’ Luxol St. Andrews kien impenjat fi Grupp 5 tar-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, fejn sfortunatament ma kiseb l-ebda punt.

Fl-ewwel logħba tilef bl-iskor ta’ 3-1 kontra ċ-ċampjins Polakki ta’ Rekord Bielsko-Biala. L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għall-Pollakki, meta fit-13-il minuta Alex Viana fetaħ l-iskor. Fis-27 minuta Maicon Silva għamel l-iskor indaqs għal Luxol, iżda l-Polakki għalqu l-logħba favur tagħhom b’żewġ gowls oħra.

Fit-tieni logħba Luxol kellhom logħba ferm diffiċli kontra t-tim ospitant, iċ-ċampjins Ċeki ta’ Sparta Praha. Iċ-Ċeki għalqu l-ewwel taqsima 1-0 minn fuq, bil-gowl ta’ Drahovský fl-14-il minuta. Fit-tieni taqsima AC Sparta Praha skurjaw erba’ gowls oħra fi żmien qasir u Pereira De Souza skurja l-uniku gowl għal Luxol man-nofs siegħa logħob.

Il-Ħadd Luxol minkejja li diġa’ kienu eliminati, kellhom jilagħbu l-aħħar logħba tagħhom kontra ċ-ċampjins Rumeni ta’ Imperial Wet. Il-logħba ntemmet fi draw ta’ 2-2. Wara biss żewġ minuti logħob Leanderson poġġa lil Luxol fil-vantaġġ. Lejn nofs l-ewwel taqsima Savio Valdares reġa’ ġab l- iskor indaqs. Mal-kwarta logħob Everton Vevé ta’ Luxol għamilhom 2-1, iżda ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima r-Rumeni għamluhom 2-2 permezz ta’ Alvarito.

Intant lokalment mill-Kampjonat tal-Elite l-Ġimgħa filgħaxija fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke Valletta għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 2-1.

Riżultati mill-Kampjonat Amateur:

Swieqi United Tim B 7-6 Qormi Futsal

South Boys 6-6 Luxol Tim B

Luxol Tim B 4-1 Swieqi United Tim B

Zurrieq Futsal 6-5 Marsaskala Futsal

Il-logħba tal-Ingliżi titwaqqaf darbtejn minħabba mossi razzisti mill-partitarji

Il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Bulgaria twaqqfet darbtejn minħabba li l-partitarji kellhom jiġu mwissija dwar l-atteġjament tagħhom. Huma bdew jagħmlu sinjali Nażisti u jagħmlu ħsejjes bħax-xadini.

Ir-referee kellu jwaqqaf il-logħba għall-ewwel darba fit-28 minuta meta t-tim Ingliż kien diġà qed jirbaħ 2-0.

Il-logħba kellha titwaqqaf għat-tieni darba fit-43 minuta. Il-logħba kompliet wara li kien hemm diskussjoni bejn ir-referee u l-coach tat-tim Ingliż Gareth Southgate.

L-Ingliżi komplew żiedu mal-iskor u spiċċaw il-logħba 6-0 biex b’hekk saħħew posthom fuq quddiem minn Grupp A.

Riżultati oħra:

Grupp A

Kosovo 2-0 Montenegro

Grupp B:

Lithuania 1-2 Serbia

Ukraine 2-1 Portugal

Grupp H:

France 1-1 Turkey

Iceland 2-0 Andorra

Moldova 0-4 Albania