Luttu nazzjonali fl-Afganistan wara attakk suwiċida

Aktar minn 100 persuna nqatlu wara attakk suwiċida li sar ilbiraħ fiċ-ċentru tal-belt kapitali Kabul fl-Afganistan.
Il-Gvern tal-Afganistan iddikjara l-ġurnata tal-lum bħala luttu nazzjonali waqt li bdew isiru l-funerali u l-qraba jfittxu l-isptarijiet għal min baqa’ ħaj.
L-aggressuri saqu ambulanza mimlija splussivi li għaddiet minn fejn il-pulizija għal triq li kienet aċċessibli biss għall-ħaddiema tal-gvern u diversi ambaxxati.
Dan kien l-aktar attakk fatali li seħħ fl-Afganistan għal xhur sħaħ u seħħ ġimgħa wara li ġiet attakkata lukanda f'Kabul fejn 22 persuna nqatlu.
Il-Ministru għas-Saħħa qal li kważi 200 persuna weġġgħu u l-maġġoranza tagħhom huma rġiel.
Rapporti fil-midja internazzjonali rrappurtaw dak li qal impjegat f’ħanut li staqsa kif beġsiebhom jgħixu u staqsa fejn jistgħu jmorru aktar biex ikunu siguri.
Waħħal fil-Gvern li ma kienx qed jimxi b’mod tajjeb u dan kien qed jikkawża ġlied u nuqqas ta’ sigurtà filwaqt li baqa’ jsaqsi x’jistgħu jagħmlu f’dan in-nuqqas fil-pajjiż tagġhom.