Lura Malta l-katavru tal-Malti li miet fit-Tajlandja

Il-ġisem tal-anzjan Malti li miet f’inċident tat-traffiku fit-Tajlandja f’Jannar wasal Malta lbieraħ.
Alfred Balzan, ta’ 78 sena minn Bormla, kien qed isuq mutur fil-Belt ta’ Phitsanulok meta ntlaqat minn karozza. Hu kien ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-isptar. Madanakollu, r-raġel tilef ħajtu.
Fit-Tajlandja stess, GCI Church Phitsanulok, knisja li tidher li kienet familjari mar-raġel fiż-żmien li kien jgħix hemm, ġabret lin-nies tal-komunita sabiex flimkien jitlobu għall-ruħ Balzan.

Il-funeral tar-raġel se jsir fil-knisja Parrokjali ta’ Bormla stess, għada fit-8:30am.