Lura ma’ familtu f’Malta wara li nfirdu għal għan nobbli

Wieħed mill-aktar postijiet mimli emozzjoni hu mingħajr dubju ajruport.
Dan ma naqasx nhar il-Ġimgħa fl-ajruport ta' Malta fejn tard wara nofsinhar irritornaw lura Malta l-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge 2017.
Dan ir-ritratt juri l-mument emozzjonanti li fih Nigel Micallef, wieħed miċ-ċiklisti, ingħaqad mill-ġdid ma' martu u wliedu.
Il-parteċipanti ta' din l-isfida ħallew warajhom għal ġimagħtejn sħaħ lill-familthom biex wettqu sfida għal għan nobbli.
L-isfida ta’ din is-sena għamluha fil-Kenja u t-Tanzanija, fejn iċ-ċiklisti saqu bla heda minn Nairobi għal Dar El Salaam, total ta' 2000km.
Il-flus li nġabru permezz ta' din l-isfida ngħataw lill-Università biex tissokta r-riċerka tagħha dwar mard fil-kliewi fost it-tfal.