Lura għal żmien il-Kavallieri… sejjer?

knights

Il-viżitaturi li se jżuru l-Forti Sant’Anġlu nhar il-Ħadd li ġej, se jkollhom l-opportunità li jmorru lura fiż-żmien. Barra milli jduru u jaraw is-sit, se jkun hemm parata militari storika tal-In Guardia.
Se jieħdu sehem re-enactors mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA). Dawn se jkunu liebsa lbies tal-epoka u se jagħmlu xi eżerċizzji militari kif ukoll jirreċtaw. Se jkun hemm ukoll banda li se takkumpanja l-wirjiet mis-suldati.
Forti Sant’Anġlu jiddomina l-ponta tal-Birgu u minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu dejjem kien ta’ importanza fl-istorja ta’ pajjiżna.
Il-parata storika se ssir fil-Parade Ground fiċ-ċentru tal-Forti u se tibda fil-11 a.m.
Il-parata se terġa’ tiġi repetuta fit-3, 17 u 24 ta’ Ġunju. Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-websajt ta’ Heritage Malta.