Lura fuq it-TV wara 100 ġurnata

Mil-lejla s-soap opera popolari Taljana Un Posto al Sole se tkun qed tirritorna fuq it televiżjoni fuq l-istazzjon Rai Tre fit-8.45pm. Dan wara li ilha nieqsa minn fuq l-iskrins għal dawn l-aħħar 100 jum minħabba li kellu jieqaf il-filming minħabba fl-imxija tal-Covid-19.

Fejn ħallejna

Marina ddeċidiet li tkompli bir-relazzjoni tagħha ma’ Fabrizio, li għadu kif ħareġ mill-ħabs. Roberto xejn ma ħa pjaċir b’dan.

Filippo u Serena, il-ġenituri ta’ Irene, ffaċċjaw kriżi fiż-żwieġ tagħhom, tant li bdew il-proċeduri biex jissepparaw. Hi tibda’ tiltaqa’ ma’ Leonardo, li riedha tmur miegħu Sqallija. Iżda fl-aħħar hi għażlet li ma tmurx.

Anki ż-żwieġ bejn Viola u Nicotera jkompli sejjer ħażin. Intant Giula ddaħħal kelba d-dar filwaqt li Guido u Mariella rrealizzaw bl-iżball li għamlu meta staqsew lill-ħbieb kollha tagħhom biex jagħmlulhom ta’ xhieda fit-tieġ tagħhom.

Dak li se jiġri fl-episodji l-ġodda

It-Tnejn 13 ta’ Lulju

Fabrizio jerġa’ jipprova jsib ftit serenità ma’ Mariana. Intant il-qattiela ta’ Mariano Tregaro huma determinati li jwettqu l-pjan tagħhom bla skrupli ta’ xejn.

It-Tlieta 14 ta’ Lulju

Tregara hu determinat li jaġixxi mill-ġdid. Wara argument ieħor ma’ Filippo, Serena tieħu deċiżjoni importanti.

L-Erbgħa 15 ta’ Lulju

Alberto hu deċiż li jeħles minn Tregaro filwaqt li Serena donnha li hi determinata li tkompli bir-relazzjoni tagħha ma’ Leonardo.

Il-Ħamis 16 ta’ Lulju

Kif se jirreaġixxi Filippo hekk kif Serena u Leonardo ajslu lura minn Sqallija? Il-pulizija hi determinata li taqbad lil Tregaro iżda hu jkompli jisġiċċalhom. Guido u Mariella jsejħu għal dawk kollha li huma staqsew biex joqgħodulhom xhieda fit-tieġ tagħhom.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju

Mal-wasla lura mill-vjaġġ fuq xogħol ma’ Roberto, Marina ssib lil Fabrizio rrabjat u mimli għira. Tkompli tikber it-tensjoni bejn Eugenio u Viola.