Lura fil-jum tat-tieġ ta’ Roy u Lorraine

Fl-aħħar episodju għal din il-ġimgħa mis-sensiela Sorelle se nsiru nafu min kien Pete.

X’jaħseb Neil dwar dak li kienet għaddiet minnu Lorraine? Leo ċempel lil Frederick… x’qallu dwar Steve? U Leo x’inkwiet għandu dwar Sully? Immorru lura għal ġurnata taż-żwieġ ta’ Roy ma’ Lorraine… għaliex kien ċempillu Pete?

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm u nhar it-Tnejn fis-6.15pm filwaqt li l-episodji kollha ta’ matul din il-ġimgħa jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.