Ir-raġel li weġġa’ fil-kamra tan-nar tal-Qrendi nhar it-Tnejn li għadda ntbagħat id-dar mill-isptar. Dan qalitu l-Għaqda tan-Nar ta’ Santa Marija tal-Qrendi fuq Facebook.
Ir-raġel ta’ 35 sena mill-Kalkara sofra minn ħruq waqt li kien qed jaħdem fuq murtal. Dan ġara għall-ħabta tal-4.45pm u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-għaqda tan-nar irringrazjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor bagħtu messaġġi t’awgurju għal fejqan ta’ malajr.
L-inċident tal-kamra tan-nar
Raġel iweġġa’ f’kamra tan-nar fil-Qrendi