L’Uomo Tigre għalaq 50 sena

Kien fl-1982 li l-cartoons popolari L’Uomo Tigre deher għall-ewwel darba fuq it-TV Taljan, iżda fil-verità dan kien deher għall-ewwel darba nhar it-2 ta’ Ottubru 1969. Dan ifisser li L’Uomo Tigre/Tiger Man din il-ġimgħa għalaq 50 sena.

Maħluq minn Ikki Kajiwara, L’Uomo Tigre kien ambjentat fid-dinja tal-lotta u kien kiseb suċċess kbir fil-Ġappun u baqa’ għaddej sal-1971.

Meta beda jixxandar fl-Italja mill-ewwel kien kiseb suċċess kbir u ħafna Maltin ukoll kienu jsegwuh fuq l-istazzjonijiet tal-Mediaset li kienu bdew ixandruh, l-ewwel darba fuq Rete 4.

Bla dubju li ħafna minnkom li kienu jsegwu din is-sensiela għandhom fil-memorja t-tema mużikali li dak iż-żmien kienet kważi fuq fomm kulħadd, u li kienet interpretata mill-grupp I Cavalieri del Re, li kienu wkoll jinterpretaw għad ta’ temi mużikali ta’ cartoons oħra bħal Lady Oscar, Kimba il Leone Bianco, Devil Man, Yattaman u Gigi La Trottola.