Lulju kien aktar frisk u b’aktar riħ

F’Lulju, Malta gawdiet minn temperaturi aktar friski u ġranet b’aktar riħ meta mqabbel mal-medja f’Lulju.
Stqarrija mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tgħid li ma kien hemm l-ebda ġranet sħan ħafna u t-temperatura medja kienet ta’ 26.2°C, 0.4°C taħt in-normal.
L-ogħla temperatura laħqet massimu ta’ 34.3°C fid-29 ta’ Lulju, filwaqt li l-aktar temperatura baxxa kienet ta’ 19.8°C u rreġistrata fis-17 ta’ Lulju.
F’Lulju Malta rat total ta’ 11.8 sigħat ta’ xemx kuljum, 0.1 siegħa aktar mill-medja. L-aktar ġurnata xemxija kienet fit-18 ta’ Lulju.  L-aktar ġurnata mdallma kienet fis-26 ta’ Lulju.
It-temperatura medja tal-baħar kienet ta’ 24.6°C, 0.1°C aktar kiesħa min-normal. L-umdità relattiva kienet 1% inqas min-normal, b’67%.
Matul ix-xahar li għadda, ir-riħ nefaħ medja ta’ 1.5 mili nawtiċi aktar min-normal, l-aktar mill-Punent Majjistral. Ġew irreġistrati wkoll traċċi ta’ xita fl-10 u fid-29 ta’ Lulju.
F’jumejn minn Lulju kien rekordjat iċ-ċpar, għall-kuntrarju tat-tendenza f’dan ix-xahar.
L-aktar Lulju sħun imur lura għall-1988, meta t-temperatura telgħet għal 42°C.
Ritratt: Facebook