Luke u Elena kienu l-iktar ismijiet popolari fl-2014

Luke u Elena kienu l-iktar ismijiet popolari f’Malta matul is-sena li għaddiet.
Fir-Reġistru Pubbliku ġew irreġistrati 4,277 tifel u tifla jew żieda ta’ 4.9% meta mqabbel mal-2013.
53% tat-trabi li twieldu kienu subien.
L-iktar isem popolari fost is-subien kien Luke segwit minn Matthew u Jacob.
Fost l-iktar 20 isem popolari hemm ukoll Yannick u Leon.
Elena kien l-iktar isem popolari fost il-bniet segwit minn Julia u Emma.
Fost l-iktar 20 isem popolari hemm ukoll Francesca, Sarah, Valentina u Eve.
L-iktar ismijiet li żiedu fil-popolarità kienu Catherine u Hailey.
Għalkemm l-ismijiet Bibliċi u tal-Qaddisini baqgħu l-iktar popolari bdew jiżdiedu wkoll l-ismijiet ta’ atturi jew persuni mix-xena tal-ispettaklu.
Fost dawn kien hemm fost l-oħrajn Blake, Denzel, Lionel, Neymar, Adele, Chanel, Rihanna u Scarlett.