Luke Chappell bl-ewwel wirja tiegħu biex jiċċelebra l-ħruġ tal-ewwel single tiegħu mill-album Head in the Clouds

Ritratt: Instagram

Waqt l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, Luke Chappell rebaħ il-qlub ta’ bosta segwaċi u bħalissa jinsab għaddej jipprepara għall-ewwel album tiegħu Cosmic Heaven, li minnu se tkun merfugħa l-ewwel single tiegħu Head In The Clouds, li kiteb huwa stess.

Chappell issa se jkun qed jagħti l-ewwel wirja tiegħu fi ftit tal-ġranet oħra. Akkumpanjat bil-kittarra minn Peter Borg tar-Red Electrick, Chappell se jkun qed jagħmel dan nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju ġewwa The Storeroom li jinsab fix-xatt ta’ Ta’ Xbiex (taħt ir-rampa). Il-wirja tibda fit-8.00pm. L-għada l-Ħamis 20 ta’ Ġunju il-wirja se tibda fis-6pm.

Għal aktar dettalji wieħed għandu jċempel 79046667.

Ritratt: Instagram

Fl-album Head in the Clouds li Chappell se jkun qed iniedi aktar tard din is-sena, hemm b’kollox 13-il silta, u tnejn minnhom, Loosing Faith in Humanity u Young Dumb Things, it-tnejn oriġinali tiegħu, diġa’ jistgħu jitgawdew mis-segwaċi tal-kantant żagħżugħ permezz ta’ YouTube.

Il-kantant żagħżugħ kien fost il-finalisti tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta li ntemm fl-aħħar ta’ Jannar li għadda u konna rajna lil Luke Chappell jikklassifika fil-ħames pożizzjoni.