Tal-lukandi jaf għandhom 5 snin biex jiġu f’saħħithom – EY

Miguela Xuereb

Read in English.

Għal uħud mil-lukandi ewlenin lokali li jaqgħu bejn tleit u ħames stilel qalu li jaf għandhom bejn  sentejn u ħames snin biex jerġgħu jiġu lura għal-livell li kienu fl-2019.

Dan ħareġ minn survey li sar mill-kumpanija EY fost uħud mill-Kapijiet Eżekuttivi fit-Turiżmu lokali dwar l-impatt tal-coronavirus fuq is-settur. Huma qed jistennew li fl-2020 se jagħmlu telf kbir u qed jitħassbu li l-kriżi se tkompli għaddejja anke matul l-2021.

Skont ir-riżultati tas-survey, hemm tħassib sinifikanti li r-rikoverar minn dan il-perjodu se jkun bil-mod u diffiċli. Qalu li hemm inċertezza fuq il-perjodu tal-pandemija, meta se jkun aċċessibbli l-vaċċin u l-mod kif se jirreaġixxi l-konsumatur.

Intant, il-parteċipanti laqgħu l-miżuri ta’ sapport li rċievew min-naħa tal-Gvern. Qalu li hemm bżonn aktar sapport li jmur lil hinn milli jkunu llaxkati l-miżuri tal-lockdown u waqt li t-turiżmu jerġa’ jibda jiżdied. Huma qablu wkoll li Malta għandha bżonn tħares lejn u terġa’ tanalizza l-prodott tat-turiżmu. Dan hekk kif hemm bżonn strateġija ġdida għat-turiżmu għal dinja wara l-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn