Lukanda mmultata €3,000 għax serviet l-ikel fir-ristorant

Read in English.

Lukanda f’San Pawl il-Baħar ġiet immultata €3,000 wara li nqabdet isservi ikel u xorb lil żewġ residenti fir-restorant tal-lukanda stess.

Dan intqal fil-Bullettin ta’ kuljum ippubblikat mill-Gvern dwar l-imxija tal-coronavirus.

Intant, 24 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. Ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-570 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn