Lukaku jgħid li r-razziżmu qed iħammeġ il-logħba tal-futbol

L-attakkant ta’ Inter qal li l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-razziżmu qed imorru għall-agħar. Hu tkellem wara li nhar il-Ħadd spiċċa fil-mira tal-partitarji ta’ Cagliari.
Dan l-inċident segwa dawk ta’ Paul Pogba, Marcus Rashford u Tammy Abraham li spiċċaw attakkati fuq il-midja soċjali.
Il-klabb ta’ Cagliari esprima publikament solidarjetà ma’ Lukaku. Huma qalu li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jidentifikaw u jwaqqfu lil min kien parti mill-attakk razzista.
Serie A li kkundannat dan l-inċident qed tinvestiga l-abbuż razzista li beda wara li Lukaku skurja l-gowl tar-rebħa minn penalty.