L-attakkant ta’ Inter, Romelu Lukaku spiċċa attakkat razzjalment mill-partitarji ta’ Cagliari wara li skurja l-penalty li ssiġilla tliet punti għat-tim tiegħu. Lukaku huwa l-aktar plejer riċenti li spiċċa abbużat minħabba l-karnaġġjon tiegħu.
Lukaku li għandu 26 sena waqaf u baqa’ jħares lejn il-partitarji ta’ Cagliari wara li rnexxielu jiskurja. Min-naħa tagħhom, il-partitarji bdew jagħmlu l-ħsejjes tax-xadini. Dawn l-azzjonijiet ġew ikkundannati mid-difensur ta’ Inter Milan Skriniar li qal li dan m’għandux isir fil-futbol.
Inter rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Cagliari.
Riżultati oħra:
Lazio 1-1 Roma
Atalanta 2-3 Torino
Genoa 2-1 Fiorentina
Lecce 0-1 Verona
Sassuolo 4-1 Sampdoria
Udineses 1-3 Parma