Luiz irid jibqa’ ma’ Chelsea

David Luiz jixtieq jibqa’ ma’ Chelsea sabiex jiġġieled għal postu taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Maurizio Sarri. Id-difensur, li jinsab fit-tieni esperjenza tiegħu mal-klabb Ingliż wara li reġa’ ingħaqqad magħhom sentejn ilu mingħand Paris Saint Germain, għadda minn perijodu diffiċli matul l-aħħar staġun ta’ Conte. Luiz lagħab 10 darbiet biss fil-kampjonat u tħalla barra mit-tim nazzjonali tal-Brażil li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja.

Luiz s’issa lagħab fiż-żewġ logħbiet li kellhom Chelsea bħala parti mit-taħriġ tagħhom u ammetta li jinsab interessat fil-mod kif Sarri jixtieq lit-tim jilgħab. Chelsea se jilgħabu l-ewwel logħba tagħhom tal-istaġun kontra Huddersfield Town fil-11 ta’ Awwissu.